Statute
STATUT
ISEM U SKOP TAL-KAZIN
- L-isem tal-kazin huwa Jeepers Futsal Club maghruf ukoll bhala Jeepers FC .
- L-iskopijiet ewlenija tal-kazin huma dawn:
- Li jinkoraggixxi l-isports tal-Futsal fil-gzejjer Maltin.
It-tmexxija ta' tim jew timijiet biex jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet mizmuma taht il-Malta Football Association, UEFA jew FIFA.Il-kuluri tal-kazin huma dawk tal-flokkijiet tat-tim. Dawn il-flokkijiet jinbidlu min zmien ghal zmien.Il-motto tal-kazin huwa : "JEKK MHUX ILLUM, IKUN GHADA"SHUBIJA FIL-KAZIN
- Il-plejers li jiehdu sehem fil-friendlies tal-kazin huma elegibbli biex ikunu membri.
- Kull persuna hija elegibbli biex tkun membru regolari tal-kazin wara li tigi approvata mill-kumitat.
- Persuna approvata bhala membru tal-kazin tkun imhegga takkwista l-kit originalI tal-kazin
- Wara li persuna tkun approvata mill-kumitat, dan ghandu jhallas il-parti tieghu ta' l-ispiza wara kull sezzjoni ta' tahrig li tista tinkludi spejjez bhal hasil ta' hwejjeg tal-kazin, hlas ghall-kiri tal-grawnd ghat-tahrig u spejjez ta' affiljazzjoni f'kompetizzjonijiet tal-Futsal.
- Kull plejer li jattendi it-tahrig nhar ta' Hamis jew fi kwalunkwa gurnata ohra kif deciz mill-kumitat, ikollu post riservat ghall-gimgha ta' wara.
- Jekk player ifalli sezzjoni ta' tahrig jitlef postu ghall-gimgha ta' wara u postu jittiehed mill-iktar plejer li ilu jattendi regolarment it-tahrig.
- Preferenza f'dan il-kaz tinghata lil min ghandu l-kit komplut tal-kazin.
- Kull min jinstab jaghmel hsara fil-propjeta tal-kazin, ikun responsabbli personalment ghall-hsarat li jikkaguna u irid ihallas l-ispejjez, skond kif jiddeciedi il-kumitat.
- Kull membru hu fid-dmir li jkun onest u ta' kelmtu u li jgharraf lill-kumitat b'xi mgieba ta' xi membru jew membri li ma tkunx taqbel mar-regolamenti jew l-istatut tal-kazin. Min jonqos minn dan id-dmir ikun meqjus bhala hati lejn il-kazin.
- Il-kumitat ghandu d-drtitt li jitlob ir-rizenja ta' membri regolari ghal ragunijiet li jafhom biss il-kumitat.
- Il-kumitat ghandu d-dritt isejjah quddiemu kull membru tal-kazin jekk jahseb li dan mhux jaqdi sew dmiru lejn il-kazin. Il-kumitat biss jiddeciedi x'dixxiplina ghandha tinghata f'kazi bhal dawn.
- Il- membri tal-kazin kollha huma obbligati li jobdu kull ordni u struzzjonijiet moghtija lilhom mill-coach u jridu joqoghdu ghad-decizjonijiet moghtija lilhom mill-kumitat. Il-players ghandhom jattendu regolamnet ghall-kull laqgha, lecture jew tahrig kif iffissat mill-kazin.
- Ma jistghux isiru waqt attivitajiet tal-kazin diskussjonijiet fuq partiti politici jew diskorsi li joffendu l-morali jew ir-Religjon Kattolika jew kliem fahxi jew diskors li jistghu b'xi mod ifixklu l-amministrazzjoni tal-kazin.
- Membri tal-kazin ma ghandomx jattendu iktar ghal attivitajiet organizzati mill-kazin jekk ma jaqblux ma' kwalunkwe min dawn ir-regolamenti ta' dan l-istatut.
KOSTITUZZJONI
- l-kazin jitmexxa minn kumitat ta' mhux inqas minn tlieta (3) u mhux aktar minn hames (5) persuni li jigu eletti f'seduta Generali Annwali mizmuma skond l-artikoli hawn taht imemmija. Il-membri ufficjali huma ta' l-inqas il-President, is-Segretarju u t-Tezorier. Jista jkun hemm ukoll membri oridnarji, jekk ikun hemm bzonn. Il-kumitat ghandu d-dritt jahtar ukoll delegat jew delegati minn fost l-ufficjali jew il-membri ordinarji li jirraprezentaw il-kazin fil-M.F.A.
- Il-President, is-Segretarju, it-Tezorier u l-membri ordinarji jzommu posthom ghall-sena. Il-kumitat ghandu jirrezenja jekk jinghata vot ta' sfiducja fih fuq mozzjoni f'dan ir-rigward, mill-kumitat stess jew minn Laqgha Generali Straordinarja msejha ghalhekk. F' dan il-kaz, il-kumitat il-gdid irid jigi elett fi zmien hmistax (15) il-gurnata.
- Fil-perjodu meta ma jkunx hemm kumitat, il-kazin jitmexxa mill-ufficjali tal-kumitat.
- L-istatut japprova li t-Tezorier jiehu hsieb l-infieq u d-dhul tal-kazin. Kull spiza ghandha tigi rrapurtata lill-kumitat.
- Infieq ta' il-fuq minn Lm20 ghandhom jigu effetwati b'pagament ta' cekk.
- Il-firmatarji tal-kont bankarju mizmum f'isem il-kazin ghandhom ikunu il-President, is-Segretarju jew it-Tezorier.
- It-Tezorjier ghandu jipprezenta fi zmien sebat ijiem rendikont finanzjarju jekk ikun mitlub jaghmel dan minn xi membru tal-kumitat jew tal-kazin.
- Rendikont finanzjarju ghandu jkun ipprezentat ukoll fil-Lagha Generali Annwali
ELEZZJONI TAL-KUMITAT
Il-kumitat ikun maghzul f'Laqgha Generali Annwali msejha fi zmien opportun skond ir-regolamenti tal-M.F.A. F'din il-laqgha irid isir:
a) Qari tal-minuti
b) Diskors mill-President
c) Rapport Aministrattiv mis-Segretarju
d) Qari tal-Balance Sheet
e) Amendi jew tibdil fl-istatut (jekk ikun hemm bzonn)
f) Hatra ta' zewg awdituri
g) Hatra ta' election board ghall-Kumitat il-gdid
h) Elezzjoni ta' President, Segretarju u Tezorier (jekk ikun hemm bzonn)
i) Elezzjoni ghall-membri ordinarji tal-kumitat (jekk ikun hemm bzonn)
- Il-membri regolari ghandhom jigu notifikati ghal din il-Laqgha Generali Annwali mhux inqas minn hmistax (15) il-gurnata qabel.
- In-nominazzjonijiet tal-kandidati ghall-elezzjoni tal-kumitat ghandhom jaslu bil-kitba ghand is-Segretarju fi zmien stipulat mill-kumitat. Dawn in-nominazzjonijiet ghandhom ikunu akkumpanjati minn certifikat, iffirmat mill-persuna li huma nnominaw, fejn jghid li jaccetta li johrog ghall-elezzjoni tal-kumitat. In-nominazjonijiet ghandhom ikunu iffirmati mill-proponent u s-sekondant. Il-propost, il-proponent u s-sekondant ghandhom ikunu regolari fil-menswalita' taghhom.
- F'kaz ta' urgenza ghall-imsemmi avviz u cirkulari, it-terminu ta' hmistax (15) il-gurnata hawn fuq imsemmi jista' jigi mnaqqas. Il-Kumitat jiddeciedi dwar l-urgenza tal-laqgha.
- Fil-Laqgha Generali l-quorum ikun ta' erbghin fil-mija (40%) tal-membri regolari. F'nuqqas ta' quorum, is-seduta tista ssir nofs siegha wara jekk il-maggoranza tal-membri prezenti hekk tiddeciedi.
- Jekk matul is-sena jkun hemm xi vakanzi fil-kumitat dawn ghandhom jigu mimlija bil-membri li ma jkunux gew eletti imma jkunu gabu l-iktar numru ta' voti fost dawk li ma telghux.
- Fil-kaz ta' zewg membri li jkunu gabu l-istess numru ta' voti ssir bye-election fl-istess Laqgha Generali.
- Il-kumitat jista jahtar kummissjonijiet jew sotto kumitati. Dawn ghandhom jassistu lil-kumitat centrali, izda ma jkunux jistghu jikkontestaw ordnijiet jew decizjonijiet mehuda mill-Kumitat centrali.
- Kull decizjoni li jiehu l-kumitat tkun finali sakemm ma tkunx revokata jew amendata minn Laqgha Generali.
- L-interpretazzjoni tar-regolamenti hija f'idejn il-kumitat jew il-Laqgha Generali meta din tkun imlaqqa' F'xi kaz li mhux imsemmi hawn fuq, il-kumitat ghandu d-dritt jagixxi skond ic-cirkostanzi.